Sunday, December 22, 2024

Jinġabru €1,409,085 b’risq id-Dar tal-Providenza

Aqra wkoll

“Għal darba oħra l-poplu Malti u Għawdxi reġa’ wera s-solidarjetà tiegħu mad-Dar tal-Providenza bis-somma ta’ €1,409,085. Fondi li se jgħini lid-Dar tkompli tipprovdi l-aħjar servizzi residenzjali lil 115-il persuna b’diżabilità li jgħixu fid-djar tagħha fis-Siġġiewi u fil-komunità..”  Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, fl-għeluq ta’ mafratona televiżiva ta’ tnax-il siegħa. Huwa żied jgħid li jalla li s-solidarjetà li ntweriet fl-ewwel tas-sena mad-Dar tal-Providenza tibqa’ tintwera matul is-sena kollha ma’ dawk fis-soċjetà Maltija li jeħtieġu l-appoġġ.

Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija Covid-19 li ninsabu fiha, ma sar xejn fil-parkeġġ li hemm fis-Siġġiewi ħlief drive-thru fejn dak li jkun seta’ jwassal id-donazzjoni tiegħu mingħajr ma jkollu għalfejn joħroġ mill-karozza.

Il-parti mportanti tal-ġbir tal-flus għad-Dar inklużi l-appelli, telefonati eċċetra saret fl-istudios ta’ WE Media f’Ħal Qormi bejn nofsinhar u nofsillejl. Matul il-maratona kien hemm  fl-istudios il-President ta’ Malta, Dott. George Vella u s-Sinjura Vella, Mons. Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi, l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, il-Kap tal-Oppożizzjoni u s-Sinjura Grech u permezz ta’ Skype I-Isqof t’Għawdex Anton Teuma. Attendew ukoll għadd ta’ ministri u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati kif ukoll delegati tal-partit politiċi ewlenin, personalitajiet distinti u rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti li qattgħu ħin iwieġbu t-telefonati tal-pubbliku.

Wara waqfa ta’ sentejn, reġa’ sar l-irkant ta’ xogħlijiet tal-arti. Dan sar kollu kemm hu online u d-dħul mill-bejgħ ta’ ix-xogħlijiet laħaq is-somma ta’ €28,605.

Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta w Għawdex organizzaw ġabriet speċjali li mbagħad ingħataw lid-Dar f’isem il-komunità parrokkjali uħud minnhom permezz ta’ Skype.

L-ewwel żjara saret filgħodu minn Mons Arċisqof Charles J. Scicluna li wkoll iċċelebra quddiesa quddiesa fil-jum tal-ewwel tas-sena iddedikat lill-Imqaddsa Verġni Marija, Omm Alla u Jum il-Paċi fil-kappella tad-Dar tal-Providenza. Huwa kien assistit minn Mons.Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar, Dun Trevor Fairclough, Direttur Spiritwali u Dun Josef Mifsud, Arċipriet tas-Siġġiewi.

Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof qal li fil-bidu ta’ sena ġdida, huwa xtaq joffri lil kulħadd ix-xewqat sbieħ li jinsabu fil-kliem sabih tal-Mulej lil Mosè. “Iħares lejk il-Mulej bi mħabba u jagħtik is-sliem”. Huwa qal li l-ħarsa tal-Mulej fuqna hija ħarsa ta’ mħabba għax l-imħabba u l-ħniena jimxu flimkien.

Huwa awgura li l-għażliet li nagħmlu din is-sena jkunu għażliet tajba għax x’hemm tajjeb fir-rikreazzjoni li naħsbu li se tagħtina dak li tixtieq qalbna: droga f’kull għamla, xorb żejjed u għażliet oħra li jaljenawna għal ftit taż-żmien imma li ma jagħmlux ħlief ħsara.

Ekonomija

Sport