Saturday, December 14, 2024

Jinġabru lura mal-€40 miljun fuq abbuż ta’ benefiċċji fl-aħħar 10 snin

Aqra wkoll

“Ġustizzja soċjali tfisser li tgħin lil min l-aktar li għandu bżonn. Ma tfissirx iżda li tħalli lil min jisraq u jieħu dak li ma ħaqqux.” Iddikjara dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon meta kien qed jindirizza konferenza stampa fejn ta dettalji dwar il-ħidma li għaddejja sabiex ikun aċċertat li l-ħlasijiet tal-benefiċċji soċjali qegħdin imorru għand min tassew għandu bżonn.

Ġie spjegat kif bejn l-2012 u l-2022, ġew iffrankati mal-€40 miljun f’benefiċċji li nsab li kienu qed jingħataw lil persuni li ma kinux eleġibbli għalihom. Sadanittant, matul is-sena 2016 giet imnedija l-Business Intelligence Unit fejn ir-riżultati ta’ prevenzjoni baqgħu ġejjin. Il-Business Intelligence Unit taħdem fuq Sistema preventiva, fejn kull applikazzjoni għal means tested benefits tiġi skrutinizzata qabel isir il-ħlas tal-beneficcju.

Mis-sena 2016 sas-sena 2022 sar skutinju ta 26,850-il applikazzjoni ġdida għal dawn ix-xorta ta’ benefiċċji, fejn minnhom instab illi 50% tal-applikazzjonijiet kellhom nuqqasijiet mal-informazzjoni li tikseb il-Unit minn dipartimenti varji.
Minn dawn il-50% tal-applikazzjonijiet ġew miċħuda kważi 50% u dan minħabba li l-mezzi kapitali tal-persuna kienu jeċċedu l-ammonti skont il-proviżjonijet tal-Att dwar is-Sigurtà Socjali. Dan l-eżerċizzju kontinwu rrenda €10m f’savings u allura benefiċċji salvati li qatt ma kellhom jitħallsu.

Din id-Diviżjoni tħaddan fiha wkoll il-Benefits Compliance Unit, fejn jiġu skrutinizzati każijiet ta’ allegat abbuż permezz ta’ spezzjonijet mingħajr avviż u fejn jiġu wkoll prattikati eżerċizzji ta’ osservanza (compliance) kontinwa.
Dawn l-eżerċizzi u spezzjonijet wasslu illi jitwaqqfu benefiċċji lill-persuni li assolutament ma kienx ħaqqhom ħlasijiet, fejn permezz t’hekk ġew frankati u nħolqu overpayments.

It-tħaddim tas-sistema kompjuterizzata tipprovdi wkoll illi fejn ikunu qegħdin jitħallsu means tested benefits, id-Dipartiment jiġi provist bid-dettalji tal-kapital tal-persuni fuq bażi mensili. 

Ekonomija

Sport