Saturday, December 21, 2024

Jingħalaq il-Lidl ta’ Ħal Safi wara li ħaddiem irriżulta pożittiv għall-Coronavirus

Aqra wkoll

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika titkellem dwar l-importanza tal-ħasil tal-idejn b’mod regolari

Ritratti: Roger Azzopardi

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kkonfermat li hemm każ ta’ persuna li jaħdem fi stabbiliment f’Ħal Safi.

Gauci qalet li l-LIDL ta’ Ħal Safi ngħalaq temporanjament sakemm ikun jista’ jiġi disinfettat minħabba li kien hemm ħaddiem li nstab pożittiv għall-coronavirus.

F’kummenti li tat il-Professur Gauci aktar kmieni dalgħodu qalet li r-riskju li xi klijenti setgħu jiġu infettati huwa baxx. Minkejja dan appellat sabiex lil dawk li marru jixtru minn dan l-istabbiliment bejn is-26 u t-30 ta’ Marzu biex jagħmlu moniterraġ tagħhom infushom u jekk ikollhom xi sintomi bħal n-nuqqas ta’ xamm u togħma, sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs, iċemplu fuq il-111.

Notifika li tħalliet barra l-istabbiliment

Il-Ħanut se jerġa’ jinfetaħ ladarba d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jaċċerta ruħu li m’għadx hemm periklu u wara li jiġi ddisinfettat. It-tmexxija tal-istabilliment ikkoperat.

Rigward allegazzjonijiet dwar persuni barranin li qed ixerrdu l-virus mill-pumijiet tal-vetturi, Gauci qalet li minkejja li m’għandhom l-ebda rapport, importanti ħafna li wieħed jaħsel idejh regolarment.

Ekonomija

Sport