Monday, May 13, 2024

Jingħaqdu f’katina ta’ talb għaċ-ċkejkna Emily li tinsab f’qagħda kritika ħafna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-omm taċ-ċkejkna Emily qiegħda xxerred l-appell li qed jinxtered fuq il-midja. L-appell qed isir biex ikun hawn aktar talb għaċ-ċkejkna Emily u għalhekk dawk li jixtiequ huma mitlubin jaqraw din it-talba u x’ħin ilestu jxerrdu din it-talba f’katina ta’ talb għal Emily.

Skont l-aħħar informazzjoni jidher li ċ-ċkejkna Emily tinsab f’qagħda kritika ħafna.

Talba: SANTA RITA qaddisa tal-impossibli

Spirtu Santu, indur lejk u nitolbok biex tkun miegħi f’dawk il-mumenti l-aktar iebsin ta’ ħajti, fejn nitlef it-tama kollha u nħares madwari u ħlief dlam ma narax. Imlieni bil-kuraġġ għax f’dawn il-mumenti biss, jien nista’ nagħti prova tal-fidi tiegħi quddiem Alla. Eħlisni minn kull tentazzjoni u dubju li jistgħu jaħkmuni u jwassluni biex nitbiegħed minnek u noħodha kontra tiegħek.

Santa Rita, nitolbok tgħinni biex inħares lejk, lejn it-tbatija li inti għaddejt minnha u minkejja kollox mhux biss bqajt temmen, iżda tlabt lill-Mulej biex itik xewka mill-kuruna tax-xewk tiegħu biex b’hekk taqsam miegħu dik l-agunija li huwa ġarrab bl-imħabba għalina. Agħmel li b’talbek, anke jien inkun kapaċi niflaħ għal din it-tbatija, ħalli meta il-Mulej issejjaħli, nieħu il-premju li nibqa’ ngawdih għall-eternità bħal ma għamilt int. Amen.

Mulej inti tajt lil Santa Rita l-grazzja li f’kollox tara r-rieda tiegħek u ġġorr is-salib ma’ Ibnek, u fawwartilha ’l qalbha bid-dawl u l-ferħ tal-ispirtu tiegħek. Agħtina li bħalha ngħixu f’kollox l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesù li miegħek jgħix u jsaltan, flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Amen

Grazzi

Omm iċ-ċkejkna hija waħda minn dawk li bdiet ixxerred din it-talba u bla dubju bħalma għamlet qabel tirringrazzja lil dawk kollha li se jingħaqdu magħha.

Sport