Wednesday, April 24, 2024

Il-Ministru għas-Saħħa jirċievi donazzjoni għall-COVID-19 mingħand l-FKNK

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dalgħodu, 25 ta’ Mejju 2020 fil-Ministeru tas-Saħħa l-Belt, Valletta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, irċeva donazzjoni ta’ €13,000 mingħand delegazzjoni mill-Kunsill tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).
 
Id-donazzjoni, li inġabret fil-maġġor parti tagħha mingħand il-membri tal-FKNK fl-aħħar xahar, għanda tintuża kif jidirlu xieraq il-Ministeru minħabba l-imxija tal-COVID 19 fil-gżejjer Maltin.
 
Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne irringrazzja lill-FKNK tar-responsabilita soċjali li wrew b’dan il-ġest.  Ġest, li fi kliemu jkompli jqawwi qalb il-frontliners f’dawn iż-żminijiet.

Sport