Thursday, April 25, 2024

Jingħata bidu għat-Tazza l-Kbira

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella 

L-erbatax-il laqgħa tas-sena li saret il-Ħamis wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa tat il-bidu għall-edizzjoni 2022 tal-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira għall-aqwa żwiemel tal-klassi Premier. Dan permezz ta’ sitt heats li minnhom 24 żiemel għaddew għas-semi finali. 

L-ewwel heat intrebħet mill-favorit u rebbieħ tal-edizzjoni 2021, Antoine Du Bourg (Redent Magro) li ħa t-tieni rebħa konsekuttiva wara li kien kontinwament quddiem. Id-debuttant Bambino Des Flots (Noel Baldacchino) issorprenda fit-tieni waħda meta akkwista l-ewwel suċċess f’Malta wara li żied il-pass dawra mil-linja finali.  L-Isvediza Infinite Knight (Charles Degiorgio) ħadet l-ewwel rebħa f’pajjiżna fit-tielet heat wara li fid-dritta finali ċeda kollox Crusoe d’Anama (Charles Camilleri) li spiċċa jinqabeż ukoll minn Corky Ramirez (Paul Galea) u Kaptah (Michael Ellul). 

Fir-raba’ heat it-Taljan Venale (Paul Galea) ħa l-ewwel rebħa fi xtutna wara li fl-aħħar metri kkontrolla l-isfida ta’ Viking’s Topline (Eugenio Bondin). It-tieni rebħa ta’ Charming Soldier għal din is-sena waslet fil-heat ta’ wara. Dan kellu sprint tajjeb 300m mit-tmiem. Fis-sitt u l-aħħar heat Gigant Well (Charles Degiorgio) irreġistra l-ħames rebħa nfila wara li żied fil-pass tul l-aħħar 300 metru. 

Ritratt: Mike Orland

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Caline De Mai Capo (R. Gatt) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Collins De Bucy (Ch. Degiorgio) 3. Verdi Des Charmes (J. Spiteri) 4. Capuchine Phil (C. Refalo)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Blue Knight (R. Schembri) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Wise Wind (C. Gerada) 3.  Evident Charm (M. Tanti) 4. Athos De La Crou (R. Gatt)

III Tiġrija. Heat. BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 3.18.4” (1.15.2”) Coumba Kuky (R. Gatt) 3. High Into The Sky (P. Galea) 4. Crack Du Tillet (A. Farrugia)  

IV Tiġrija. Heat. BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Bambino Des Flots (N. Baldacchino) Ħin – 3.17.5” (1.14.8”) 2. Dream De Lasserie (C. Vassallo) 3. Unstoppable (R. Magro) 4. Vakato (Ch. Grech) 

V Tiġrija. Heat. BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Infinite Knight (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.15.6” (1.14.1”) 2. Corky Ramirez (P. Galea) 3. Kaptah (M. Ellul) 4. Crusoe d’Anama (C. Camilleri) 

VI Tiġrija. Heat. BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Venale (P. Galea) Ħin – 3.18.3” (1.15.1”) 2. Viking’s Topline (E. Bondin) 3. Dynamit Life (K. Galea) 4. Amadeus Quick (M. Fenech) 

VII Tiġrija. Heat. BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Charming Soldier (P. Galea) Ħin – 3.20.5” (1.15.9”) 2. Caviar Du Vivier (R. Gatt) 3. Bara Min (C. Calleja) 4. Dunbar (R. Magro)

VIII Tiġrija. Heat. BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Gigant Well (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.19.2” (1.15.5”) 2. Doudou De Bouere (J. C. Pace) 3. Enge Lincoln (E. Bezzina) 4. Andante (Cherise Farrugia) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Elios Noe (R. Magro) Ħin – 2.40.4” (1.15”) 2. Dak Oldack (D. Hili) 3. Ckenoby Poncelet (Ch. Gauci) 4. Edson Boko (D. Ellul)

Sport