Friday, April 19, 2024

Jingħata l-bidu għat-Tazza tal-President

Aqra wkoll

Is-37 laqgħa tas-sena li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa tat il-bidu għall-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tal-President. Dan permezz ta’ erba’ heats għal żwiemel tal-Klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom 24 żiemel għamluha għas-sem-finali. Il-programm kien jikkonsisti minn għaxar tiġrijiet kollha tat-trott.

Fl-ewwel heat Premier, Azur Des Caillons (Oliver Briffa) irnexxielu jieħu l-ewwel rebħa fi xtutna wara li kien il-ħin kollu quddiem. Huwa temm rebbieħ wara li fl-aħħar metri ġab fix-xejn l-isfida ta’ Sir Q.C (Paul Galea) u Onceforall Face (Michael Ellul). Faust Boko (Carl Caruana), High Into The Sky (Jesmar Gafá) u Pablo Andover (Daniel Hili) wkoll għamluha għall-fazi li jmiss wara li kellhom pjazzamenti tajbin.

Global Thunder (Herman McKay), li kien għal ħafna metri quddiem waqt it-tieni heat tal-Klassi Premier, ċeda kollox meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan inqabeż mill-favorit Romanesque (Jesmar Gafá) li rregistra t-tielet rebħa nfila u r-raba’ waħda f’Malta, faċilment b’tul minn Duke Of Mearas (Rodney Gatt) u Valentino Strix (Redent Magro). That’s Art (Clint Vassallo), Liam Dana (Charles Camilleri) u Global Thunder kienu l-ahhar żwiemel li kkwalifikaw minn din il-heat.

Fit-tielet heat mill-istess kompetizzjoni, Joe Hoo Lee (Matthew Sammut) kien kontinwament quddiem matul id-distanza ta’ 2140m. Huwa qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’tul u nofs minn Kasper Trot (Rodney Gatt), Viking’s Topline (Eugenio Bondin) u Foxy Brown (Jesmar Gafa’). Vakato (Chris Grech) u Glen Ord Superb (Kurt Saliba) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Għal Joe Hoo Lee din kienet it-tieni rebħa tas-sena.

F’idejn iż-żgħażugħ Gianluca Grech, il-Franciz Baron De Majuag akkwista l-ħames rebħa tas-sena fir-raba’ u l-aħħar heat. Dan żied fil-pass fuq in-naħa ta’ barra 500m mit-tmiem biex qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’vantaġġ ta’ erba’ tulijiet u nofs minn Castle Rose (Marco Debono), il-gdid Svediż Gross Weigħt (Dylan Baldacchino), Eagle B Butcher (Michael Sultana) u I Won’t Dance (Mario Spiteri).  

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Mr Planner (J. P. Polidano) Hin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Digital Life (R. Gatt) 3. Fakir De Mone (D. Cortis) 4. Rasputin LG (R. Cassar)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m 1. Just Be Proud (E. Attard) Hin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Fast Cash S.F. (R. Magro) 3. Mundus L.N. (P. Galea) 4. Khali Magdalon (Ch. Gauci)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Joyus (C. Bartolo) Hin – 3.26.4” (1.18.2”) 2. Jadore Sugar (C Vassallo) 3. Tire Bouchon (M. Ellul) 4. Tyra I.H. (R. Gatt)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Mhona’s Sister (R. Gatt) Hin – 3.20.1” (1.15.8”) 2. Elegant Frost (J. Gafa’) 3. I Come In Peace (M. Ellul) 4. Gigaro AM (A. Bartolo)

V Tiġrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Azur Des Caillons (O. Briffa) Hin – 2.40” (1.14.7”) 2. Sir Q.C. (P. Galea) 3. Onceforall Face (M. Ellul) 4. Faust Boko (C. Caruana) 5. High Into The Sky (J. Gafa’) 6. Pablo Andover (D. Hili)

VI Tiġrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Romanesque (J. Gafa’) Hin – 2.38.3” (1.14”) 2. Duke Of Mearas (R. Gatt) 3. Valentino Strix (R. Magro) 4. That’s Art (C. Vassallo) 5. Liam Dana (C. Camilleri) 6. Global Thunder (H. McKay)

VII Tiġrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Joe Hoo Lee (M. Sammut) Hin – 2.40.4” (1.15”) 2. Kasper Trot (R. Gatt) 3. Viking’s Topline (E. Bondin) 4. Foxy Brown (J. Gafa’) 5. Vakato (Ch. Grech) 6. Glen Ord Superb (K. Saliba)

VIII Tiġrija. Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Baron De Majuag (G. Grech) Hin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Castle Rose (M. Debono) 3. Gross Weigħt (D. Baldacchino) 4. Eagle B. Butcher (M. Sultana) 5. Casanova Du Corta (C. Calleja) 6. I Won’t Dance (M. Spiteri)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Appreciated (Ch. Magro) Hin – 3.17.7” (1.14.9”) 2. Dynamit Life (M. Sultana) 3. Neverendingdream (R. Gatt) 4. Global Oracle (P. Galea)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Keep Me Tooma (R. Gatt) Hin – 3.19.5” (1.15.6”) 2. Star’s Figħter (C. Camilleri) 3. Triomphe Ferm (K. Saliba) 4. M.T. Khila (M. Ellul)

Sport