Wednesday, April 24, 2024

Iben Gaddafi se jikkontesta fl-elezzjoni presidenzjali fil-Libja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iben l-eks mexxej tal-Libja Muammar al-Gaddafi se jkun qiegħed jikkontesta bħala kandidat fl-elezzjoni presidenzjali li se ssir x-xahar li ġej.

Saif al-Islam Gaddafi għamel żmien eredi ta’ missieru, iżda s-sapport tiegħu biex iwaqqaf il-protestanti għaxar snin ilu rah jitlef l-fiduċja li kellu.

Intant hemm biża’ li l-vot skedat għall-24 ta’ Diċembru mhuwiex se jkun liberu u ġust. Is-segretarju ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fost awtoritajiet b’saħħithom oħrajn wissew dwar sanzjonijiet fil-konfront ta’ individwi li jippruvaw ifixklu jew jiffalsifikaw ir-riżultat.

Sport