Wednesday, April 24, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli b’serq aggravat u li fera raġel ieħor

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 24 sena, residenti ż-Żebbuġ Għawdex, ingħata l-libertà proviżorja taħt diversi kudizzjonijiet. 

Huwa tressaq fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech fejn kien akkużat b’serq aggravat, ikkaġunar ta’ feriti ħfief fuq raġel ieħor Sirjan ta’ 25 sena, residenti s-Sannat Għawdex, kif ukoll bi ksur tal-paċi u l-bon ordni pubblika.

Il-każ seħħ nhar il-5 ta’ Awwissu ta’ din is-sena, fl-inħawi ta’ Triq ir-Rabat ġewwa Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Sport