Sunday, December 22, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li hedded Pulizija waqt li kien fis-sakra

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 25 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li hedded pulizija waqt li kien fis-sakra.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif iż-żagħżugħ allegatament kellu argument mat-tfajla tiegħu f’lukanda f’San Ġiljan. Meta l-Pulizija intervjeniet biex tikkalma s-sitwazzjoni, iż-żagħżugħ hedded Pulizija.

Quddiem il-Maġistrat Dr Rachel Montebello, iż-żagħżugħ wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u qal li għamel hekk għax kien fis-sakra.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti tagħtu l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.

Ekonomija

Sport