Raġel ta’ nazzjonalità barranija inqaleb il-karozza fi Triq Diċembru 13 fejn kellu jidaħħal l-isptar.
Jirriżulta li għal xi raġuni r-raġel kien qiegħed isuq karozza Peugeot meta għal xi raġuni kellu mpatt ma’ impatt ma’ karozza Toyota li kienet misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li sabu lis-sewwieq mitluf minn sensih. Hu ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.
