Monday, November 4, 2024

Jinqaleb vapur tal-flotta navali Russa wara attakk bid-drones mill-Ukreni

Aqra wkoll

Vapur li jifforma parti mill-flotta navali Russa sofra ħsarat estensivi wara li matul il-lejl li għadda seħħ attakk bid-drones mill-Ukreni fil-bażi navali tal-Baħar l-Iswed.

Il-bażi navali Russa kienet tinsab fl-inħawi tal-Port ta’ Novorossiysk, port li jinsab fin-Nofsinhar tal-Ukrajna li jagħti għal fuq il-Kosta tal-Punent tar-Russja — madwar 90 mil ‘il bogħod minn Krasnodar, u bħala port huwa l-qofol għall-esportazzjoni tal-prodotti tar-Russja.

Kawża ta’ din il-manuvra min-naħa tal-Ukreni, il-vapuri kellhom jieqfu minn kull tip ta’ moviment. Biss, minkejja dan, ftit tal-ħin wara, il-bastimenti Russi rnexxielhom jeqirdu d-drones tal-Ukreni, skont ma’ fisser il-Ministru Russ għad-Difiża, Sergei Shoigu.

Dan l-attakk huwa mifhum bħala l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu mill-Ukreni kontra l-portijiet kummerċjali ewlenin tar-Russja.

Sport