Friday, May 3, 2024

Kate tinsab eċitata biex tibda timxi għall-ewwel darba f’ħajjitha

Aqra wkoll

“Fl-aħħar se nkun nista’ nibda nimxi!” Stqarret dan iċ-ċkejkna Kate f’kitba li qasmet fuq il-pjattaforma ta’ Facebook, hekk kif tinsab qrib li tilħaq is-somma globali meħtieġa biex jinxtara apparat bżonjuż għaliha sabiex tkun tista’ tibda timxi.

Dan il-pass importanti f’ħajjitha se jkun possibbli grazzi għall-ġenerożità u l-għajnuna finanzjarja tal-poplu Malti li għenuha toqrob biex tilħaq is-somma meħtieġa sabiex jinxtara t-Trexo Robotic Walker. Fost l-aktar benefatturi riċenti li kkontribwixxew f’din il-kawża ġusta kien hemm irRE/MAX & Friends Foundation (VO no: 1019) u s-Save and Support Trust (VO 1436).

L-imsemmi apparat se jkun qed jgħinha ttejjeb il-bilanċ u l-koordinazzjoni biex iżżomm fuq saqajha, kif ukoll biex tibda tagħmel l-ewwel passi tal-mixi.

Minkejja li li bosta professjonisti kienu jaħsbu li Kate qatt ma kien se jirnexxilha ċċaqlaq partijiet minn ġisimha, f’intervista li kellha omm it-tifla ma’ dan is-sit fi Frar li għadda, Charmaine Ferriggi, hija qaltilna li minkejja dan it-tifla kien irnexxielha toqgħod kemm bilwieqfa kif ukoll tpoġġi bilqiegħda.

Sport