B’attakk mill-Forzi Iżraeliti fuq il-villaġġ ta’ Al-Rimal fil-Punent ta’ Gaża inqatel wieħed mill-aħħar ġurnalisti li kien baqa’ jirraportaw dwar dak li għaddejjin minnu l-Palestinjani.
Yahya kien il-ġurnalista li kien qiegħed jirraporta dak li għaddejjin minnu persuni ċivili f’Gaża fejn fost l-oħrajn kien juri filmati ta’ nies mejtin bil-ġuħ jew li qegħdin jitolbu l-għajnuna bil-ħniena.
Hu ġie maqtul fil-massakru li għaddej fuq il-Palestinjani minn Iżrael waqt li kien qiegħed f’restorant. Miegħu inqatlu mill-inqas 9 persuni oħrajn.