Sunday, December 22, 2024

Jinqatlu aktar minn 30,000 persuna f’Gaza mill-bidu tal-gwerra

Aqra wkoll

Mis-7 ta’ Ottubru li għadda minn meta bdiet il-gwerra fil-Medda ta’ Gaza s’issa nqatlu aktar minn 30,000 persuna. Dan tħabbar mill-Ministru tas-Saħħa tal-Gvern tal-Hamas fejn qal li b’kollox inqatlu 1.3% tal-popolazzjoni.

Il-Ministru sostna li l-maġġoranza tal-vittmi kienu nisa u tfal, iżda fl-istess waqt ma setax jagħti numri kemm minn dawn kienu persuni ċivili u oħrajn suldati.

Fl-aħħar 24 siegħa hekk kif Iżreal kompla bl-attakki tiegħu fuq Gaza nqatlu 81 persuna oħrajn. Il-Ministru qal li n-numru tal-vittmi jista’ jkun ħafna ogħla minn dak minħabba li jirriżulta li eluf ta’ persuni oħrajn spiċċaw taħt it-tifrik tal-bini bil-konsegwenza li s’issa ma nstabux.

Ma’ dawn wieħed irid iżid 70,000 persuna oħrajn li sfaw midrubin b’xi ġrieħi u kellhom jiddaħlu fl-isptarijiet f’Gaza.

Il-Ministru tas-Saħħa qal li biex wieħed irid ikun iċċertifikat mejjet irid jarah tabib jew xi staff mediku mill-isptar. Kien għalhekk li sostna li kien hemm mijiet jew mhux eluf ta’ persuni li nqatlu u ġew midfunin mill-familjari tagħhom stess mingħajr ma ġew irreġistrati mejtin.

Ekonomija

Sport