Sunday, May 5, 2024

Jinstab ġisem ta’ tarbija mejta mġeżwer f’xugaman f’ċentru ta’ riċiklaġġ f’West Yorkshire… il-Pulizija fi tfittxija għall-omm

Aqra wkoll

Il-Pulizija ta’ West Yorkshire ġew imsejħa f’Bowling Back Lane fi Bradford fejn instab ġisem ta’ tarbija mejta mgeżwer f’xugaman tal-baħar f’ċentru ta’ riċiklaġġ. 

Il-Pulizija qalu li t-tarbija kien imgeżwer f’xugaman li kellu fuqu stampa tal-gżira ta’ waħda mill-Canary Islands. 

Dan ix-xugaman, jista’ jintuża biex tiġi identifikata u lokalizzata l-omm, li bħalissa mhix magħrufa iżda li aktarx miż-żona ta’ Bradford. 

Il-Kap tal-Qbiela fi Bradford, Sara Hollins qalet li l-prijorità hi li tinstab l-omm. Qalet li huma mħassbin dwar saħħet l-omm u jridu li tingħata l-kura medika u l-appoġġ kollu neċessarju. Għaldaqstant, appellaw lil kull min jista’ jagħti xi informazzjoni biex jgħinhom. 

Jidher li kien seħħ każ simili aktar kmieni din is-sena f’Suffolk, fejn instabet tarbija tat-twelid f’ċentru tar-riċiklaġġ f’Mejju. 

Sport