Il-Pulizija aktar tard fi stqarrija qalet li r-raġel kien instab.
Huma rringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni li sabu fi ftit ħin.
Aktar kmieni: Il-Pulizija qed tfittex raġel b’rabta ma’ każ fil-Qorti
Fuq ordni ta’ Maġistrat, il-pulizija qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tinstab persuna li qiegħda mfittxija b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 23/2023.