Il-Pulizija fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin ikkonfermat li Alsagheer Mohamed Rajab Ali nstab qawwi u sħiħ waqt rondi minnha.
Il-Libjan ta’ 29 sena, residenti fiċ-ċentru ta’ riabilitazzjoni ta’ Santa Marija f’Ħal Luqa, kien ġie rrappurtat nieqes f’Diċembru li għadda. Huwa kien deher l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2021.