Saturday, May 4, 2024

Alec Baldwin ammetta li l-karriera tiegħu jaf spiċċat wara l-isparatura fatali

Aqra wkoll

Alec Baldwin ammetta li l-karriera tiegħu bħala attur jaf spiċċat wara l-isparatura fatali.

L-inċident kien seħħ f’Ottubru li għadda fuq is-sett tal-film Rust u fl-isparatura sfortunatament kienet tilfet ħajjitha Halyna Hutchins. Il-vittma Halyna Hutchins, ittieħdet l-isptar permezz ta’ ħelikopter iżda sfortunatament tilfet ħajjitha ftit wara. Hutchins, li kellha 42 sena, kienet qiegħda taħdem bħala direttur tal-fotografija.

L-attur ta’ 63 sena ammetta dan waqt intervista filwaqt li żied jgħid li ma tantx jimpurtah li l-karriera tiegħu jaf waslet fit-tmiem.

Waqt l-istess intervista Baldwin qal li hu ma għafasx il-grillu tal-pistola filwaqt li rrimarka li xi ħadd poġġa balla fl-arma iżda jaf fiċ-ċert li ma kienx hu.

Baldwin huwa attur famuż Amerikan magħruf għar-rwoli tiegħu fil-films “30 Rock” u “The Hunt for Red October” kif ukoll għall-impersonifikazzjoni li għamel tal-eks President Donald Trump fil-programm “Saturday Night Live”. 

Sport