Saturday, December 21, 2024

Jintbagħat ġimgħa ħabs wara li nstab ħati li ma marx l-għassa kif kien mitlub mill-Pulizija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena ntbagħat ġimgħa ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li tliet snin ilu naqas milli jagħti tagħrif lill-Pulizija dwar investigazzjoni, kif kien intalab jagħmel.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman spjegat kif il-Pulizija għamlet kuntatt mal-akkużat Joseph Zahra, iżda Zahra injora kollox mill-Pulizija.

Ġie spjegat ukoll li meta sar kuntatt dirett mal-akkużat, huwa wieġeb blli qalilhom li huwa ma kienx se jattendi kif mtlub mill-Pulizija għax ma għamel xejn.

Intqal ukoll li kull min jintalab mill-Pulizija għal xi investigazzjoni, għandu l-obbligu legali li jimxi mat-talba li ssirlu mill-Pulizija li jattendi f’Għassa tal-Pulizija biex hemm jagħti kif ikun meħtieġ dak it-tagħrif jew dokument.

Zahra ġie mixli wkoll, fost l-oħrajn, li fl-istess perjodu allegatament sawwat u għajjar lil missieru peress li bejniethom jidher li kien hemm kwistjoni dwar art li tinsab fi Triq Ħal Far, fil-limiti taż-Żurrieq.

L-allegat vittma allega, fost l-oħrajn, li ibnu sa farġu u li sofra xi ġrieħi, minħabba li weġġa’ b’injama. Madankollu, il-Qorti ma sabitx lil Zahra ħati billi nnotat li l-allegat vittma ma kienx konsistenti fix-xhieda tiegħu.

Ekonomija

Sport