Wednesday, July 24, 2024

Raġel mill-Ghana arrestat wara li allegatament tefa’ raġel ‘l isfel m’għola sular

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda żomm raġel ta’ 37 sena mill-Ghana biex jgħinha fl-investigazzjonijiet wara li aktar kmieni dalgħodu kien seħħ argument fi Triq George Borg Olivier fir-Rabat Għawdex. Jirriżulta li waqt dan l-argument ir-raġel mill-Ghana qabad lir-raġel l-ieħor u tefgħu ‘l isfel m’għola sular.

Ir-raġel li spiċċa waqa’ hu ta nazzjonalita barranija wkoll u bħalissa qiegħed jinżamm l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Jidher li dan qiegħed isofri minn ġrieħi f’rasu.

Sorsi qrib il-Pulizija qalu li dan is-sit li ż-żewġ barranin kienu fi stat ta’ sakra minkejja li kienu għandhom id-9.30am. Ir-raġel mill-Ghana ġie arrestat fuq il-post u ttieħed l-Għassa tar-Rabat.

Il-pulizija għandhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Aktar kmieni dalgħodu:

Kien għall-ħabta tad-9.30am meta l-pulizija daħlitiha informazzjoni li ħdejn il-venda tal-karozzi tal-linja fir-Rabat Għawdex kien hemm żewġt irġiel jiġġieldu.

Allegatament wieħed minn dawn iż-żewġt irġiel qabad lil ieħor u tefgħu madwar sular ‘l isfel. Sorsi qrib il-korp tal-pulizija qalu lil dan is-sit li l-irġiel jidher li kienu t-tnejn fis-sakar.

Fuq il-post kellu jisejjaħ tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar. Għalkemm il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa jidher li sofra xi ġrieħi minħabba li waqa’ madwar sular.

Il-pulizija jinsabu fuq il-post u mill-ewwel bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom. Jidher li r-raġel li tefa’ lir-raġel l-ieħor sular ‘l isfel qiegħed f’idejn il-pulizija.

Aktar informazzjoni kif taslilna….

Ekonomija

Sport