Wednesday, July 24, 2024

Johan Attard jikteb l-istorja…jsir l-ewwel plejer Malti li jirbaħ tournament tal-IPA

Aqra wkoll

Johan Attard jikteb l-istorja … jsir l-ewwel plejer Malti li jirbaħ tournament tal-IPA

Johan Attard kiteb paġna ġdida fl-istorja tal-blackball Malti meta sar l-ewwel plejer li rebaħ tournament internazzjonali tal-IPA wara li fil-finali hu għeleb lill-plejer minn Isle of Man David Addinall 7-2.

Kienet wirja impekkabbli tal-plejer ta’ Cospicua Rangers li ftit ta ċans lill-avversarju tiegħu jieħu l-kontroll tal-logħba u għalkemm ċeda żewġ frames, hu baqa’ konsistenti sat-tmiem.

Aktar kmieni Attard kien elimina lil Chris Bowron 7-1 sabiex għadda għall-kwarti tal-finali fejn hemmhekk reġa’ rrepeta l-istess skor din id-darba kontra l-Iskoċċiż Robert Stephen.

Fis-semifinali hu kellu taqtiegħa ħarxa kontra Greg Davis li rebaħlu 7-5.

Attard kien ukoll ferm konsistenti tul dan il-logħob ta’ tmiem il-ġimgħa li sar f’Coventry meta rebaħ 13 mill-14-il logħba li lagħab.

Il-plejer Malti l-ieħor Clint Grima kien sfortunat li tilef il-logħba tiegħu kontra l-Ingliż Dean Shields 7-6.

Ekonomija

Sport