Wednesday, July 24, 2024

L-għoti tal-penalties iċaħħad lil Qormi Daikin mir-rebħ tal-Euro Hockey Challenge 2

Aqra wkoll

Il-penalty shoot-outs ċaħħdu lil Qormi Daikin milli jirbħu l-Euro Hockey Challenge 2 f’Ġibilta’ wara li ġew megħluba 4-3 mill-Ungeriżi ta’ Soroksari Olcote.

L-iskor sa tmiem l-erba’ quarters kien dak ta’ 1-1 f’logħba li kienet waħda bilanċjata iżda b’Qormi li bdew ikunu ferm perikolużi fil-kontrattakki.

Soroskari marru minn fuq fit-tieni quarter permezz ta’ Andras Hortobagyi iżda l-Qriema kienu determinati li jġibu l-iskor indaqs tant li fit-tielet quarter Steve Tanti għeleb lill-goalkeeper Zsolt Ferenczi.

Fil-penalty shoot-outs Soroksari skorjaw erbgħa filwaqt li fallew wieħed bil-Qriema li naqsu imilli jiskorjaw tnejn mill-ħames penalties li taw.

Minkejja kollox, Qormi Daikin taw wirja tajba f’Ġibilta’ fejn ġew imfaħħra għal-logħob li urew.

It-tim l-ieħor fl-azzjoni iġifieri Trust Payments Floriana Young Stars sfaw megħluba minn Ginstrekte tal-Litwanja 8-1.

Povilas Sinkevicius spikka għat-tim Litwan meta skorja xejn inqas minn seba’ gowls b’Mantvydas Pocevicius li żied ieħor għat-tim tiegħu.

Mark Camilleri skorja l-uniku gowl għall-Greens.

Ekonomija

Sport