Monday, May 13, 2024

Jintemmu l-Paralimpiċi ta’ Tokyo 2020

Aqra wkoll

Wara 12-il ġurnata ta’ kompetizzjoni madwar 22 sport b’4,400 atleta minn 161 Kumitat Paralimpiku Nazzjonali (NPCs) li juru lid-dinja l-ħiliet inkredibbli, it-talent u l-ispirtu indimentikabbli tagħhom, il-bieraħ il-Ħadd il-Logħob Paralimpiku ta’ Tokyo 2020 wasal fi tmiemu uffiċjalment biċ-Ċerimonja tal-Għeluq.

Hekk kif il-fjamma Pa­ralimpika ġiet mitfija fl-Istadium Olimpiku, Tokyo tat l-addio lil-Logħob Para­limpiku u għadda l-bastun f’idejn Pariġi 2024.

F’Ċerimonja tal-Għeluq mimlija kulur u togħma, is-sinifikat tal-għaqda u d-diversitá kien iċ-ċen­tru tal-proċeduri hekk kif Tokjo għaddiet l-bandiera Paralimpika lill-belt ospitanti li jmiss, Pariġi.

Hekk kif il-bandiera Paralimpika tniżżlet għall-ħoss tal-innu Paralimpiku, il-Gvernatur ta’ Tokyo, Yuriko Koike, ta l-bandiera lill-President Paralimpiku Internazzjonali, Andrew Parsons, qabel ma s-Sindku ta’ Pariġi, Anne Hidalgo, irċeviet il-bandiera.

L-innu nazzjonali Fran­ċiż, “La Marseillaise” im­­­bagħad ġie esegwit bil-lingwa tas-sinjali minn Betty Moutoumalaya.

Dak li segwa wara kienet wirja artistika tal-għaġeb ta’ koreografija ipnotika li kien fiha 128 artist li taw ġieħ lill-atleti Para qabel Prone, artist li żviluppa l-ALS fl-2015, esegwixxa u ħallat mużika bl-użu tal-moviment ta’ għajnejh.

IĊ-ĊINA FIL-QUĊĊATA

TAl-MIDALJI

F’dak li huwa rebħ tal-midalji kienu ċ-Ċina li spiċċaw fil-quċċata f’kull wieħed mit-tliet kuluri, jiġifieri deheb, fidda u bronż b’kollox għal total ta’ 207 waqt li t-tieni spiċċaw il-Gran Britannja b’124 u t-tielet l-Istati Uniti b’104.

Sport