Wednesday, November 27, 2024

Jinżamm arrestat wara li aggredixxa Żvediża waqt li kienet qed tixxemmex fil-Belt

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Frederick Mifsud ta’ 36 sena residenti s-Siġġiewi baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li aggredixxa mara Żvediża ta’ 26 sena waqt li kienet qed tixxemmex. Il-każ seħħ fit-28 ta’ Awwissu li għadda, f’xi ħin bejn is-2.00 p.m. u t-3.00 p.m., fiż-żona magħrufa bħala l-Fossa, il-Belt Valletta.

Mifsud kien mixli li kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq Anna Karsbjer u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Ir-raġel, li fil-Qorti qal li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bl-Avukati tiegħu jitolbu li huwa jingħata l-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur Daryl Borg, li qed imexxi l-Prosekuzzjoni f’dan il-każ, oġġezzjona għal din it-talba minħabba li għad baqa’ diversi xhieda li għad iridu jixhdu nkluż l-allegata vittma. Huwa qal ukoll li dan l-aħħar, l-imputat ma kienx qiegħed jattendi għall-appuntamenti li kellu mal-uffiċjal tal-probation li kien qed isegwih.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-biża’ ta’ intralċ ta’ provi. Fl-istess waqt laqgħet it-talba tad-Difiża u rrakkomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex l-imputat jiġi miżmum fit-Taqsima Forensi tal-Isptar Monte Carmeli. Il-Qorti nnominat ukoll lill-psikjatra Joe Spiteri biex jeżzamina lill-imputat.

L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għal Mifsud.

Sport