Raġel ta’ 37 sena residenti l-Munxar Għawdex inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
Huwa tressaq fil-Qorti t’Għawdex illum fejn deher quddiem il-Maġistrat Simone Grech.
Huwa ġie akkużat li fl-1 ta’ Settembru għall-ħabta tas-2.30p.m. irrenda ruħu kompliċi fir-reat ta’ ħruq volontarju ta’ vettura kif ukoll fir-reat ta’ ħsara għat-terzi persuni.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kkommetta l-imsemmija reati waqt il-perjodu operattiv ta’ libertà kundizzjonata u li rrenda ruħu reċediv.
Il-Prosekuzzjoni tmexxit mill-Ispettur Bernard Charles Spiter.