Tuesday, April 30, 2024

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’pussess ta’ droga kokaina u eroina

Aqra wkoll

Alexander Anthony Gialanze Whiteford, li twieled ir-Renju Unit u m’għandux indirizz fiss f’Malta, inżamm arrestat wara li ġie mixli b’pussess ta’ droga kokaina u eroina.

Fil-Qorti l-prosekuzzjoni qalet li huwa nqabad b’għaxar grammi droga fuqu u żiedet tgħid li għandu problema kbira ta’ droga. L-akkużat kien beda jsegwi programm ta’ rijabilitazzjoni tad-droga iżda spiċċa biex telaq wara għaxart ijiem biss.

Fil-Qorti ħareġ ukoll li huwa ma kienx qed jirrisjedi fl-indirizzi mogħtija lill-Qorti iżda l-Ħamis filgħaxija nstab f’lukanda ġewwa Tas-Sliema.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba għall-ħelsien mill-arrest

Il-Qorti ordnat biex Gialanze Whiteford jibqa’ jinżamm arrestat u tat ir-rakkomandazzjoni lid-direttur tal-ħabs biex iqis li jingħata l-kura biex b’hekk ikun jista’ jegħleb il-vizzju tad-droga.

Sport