Tuesday, May 14, 2024

“Kultant min jaqra l-expiry date ta’ ħaddieħor jinsa jara s-shelf-life tiegħu”

Aqra wkoll

Ftit ħin wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervista li xxandret dalgħodu qal li kulħadd għandu l-iskadenza (expiry date) tiegħu, inkluż hu stess, l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rrikorra għall-midja soċjali biex jgħid li kultant min jaqra l-expiry date ta’ ħaddiehor jinsa jara s-shelf life (l-iskadenza) tiegħu. 

F’post separat li ttella wara dan, Azzopardi qal: “Komdu tivvinta l-expiry date. Mhux forsi jien kont l-ostaklu ghal min ta l-flus bhala donazzjoni biex tinghata l-Proklama lil qarib tieghu hux? 2021.”

Grech dalgħodu semma l-kunċett tad-data tal-iskadenza meta kien qed jitkellem dwar Jason Azzopardi fejn qal li mhu veru xejn li l-Partit ħadem kontrih. Grech qal: “Jason Azzopardi huwa persuna illi ħadem ħafna u ta kontribut kbir, pero kulħadd irid jifhem li l-elettorat jiddeċiedi u kulħadd irid jifhem li kulħadd għandu tmiem. Jien għandi expiry date fil-politika, bħal kulħadd.”

Sport