Saturday, December 28, 2024

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’pussess tad-droga eroina

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena mis-Swatar inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li fuqu kellu droga eroina. Hu wieġed mhux ħati tal-akkużi kontrih.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur John Howard, fil-Qorti spjegat li l-pulizija kienet rċiviet informazzjoni anonima dwar negozju ta’ droga.

Mill-Ħamis filgħodu l-pulizija bdiet tissoevejla l-postijiet indikati sakemm raw lill-akkużat bilwieqfa ħdejn il-vettura tiegħu, bid-dettalji jaqblu mal-informazzjoni li kellha l-Pulizija.

L-Ispettur Howard qal li meta l-Pulizija marru biex jarrestawh ir-raġel irreżista l-arrest, u hekk kif daħal fil-karozza qabad il-borza li allegatament fiha kien hemm id-droga u rema l-allegat sustanza mal-art fix-xita.

Ir-raġel tressaq ukoll b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus, li kiser kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiza u li l-imputat huwa riċediv.

L-Avuakat Matthew Xuereb li ddefenda lill-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda din it-talba sabet oppożizzjoni qawwija mill-Prosekuzzjoni minħabba n-natura tal-akkużi li tressaq bihom.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus u li hemm xhieda li jridu jixhdu. Kien għalhekk li l-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat.

Ekonomija

Sport