Sunday, May 5, 2024

Blackball: Birkirkara Youngsters miżmuma fi draw 

Aqra wkoll

Il-leaders tal-Kampjonat Reġjonali Birkirkara Youngsters waqqgħu l-ewwel punti tal-istaġun hekk kif ġew miżmuma fi draw ta’ 10-10 minn Ħamrun 147 C.  Dawn tal-aħħar kellhom wirja verament tajba sabiex kisbu punt prezzjuż. 

Fil-ġurnata ta’ wara, il-Youngsters pattew bil-kbir hekk kif għelbu lil San Ġwann White Hart 11-6. 

Isegwu fit-tieni post hemm Mosta St Mary’s A li għelbu lil Selmun Bar A 11-6. 

Birkirkara Duke’s A ħadu sitt punti f’jumejn wara rebħiet ta’ San Ġwann White Hart (11-8) u Każin Pinto Qormi B (11-6). 

Sadanittant, Juve Birkirkara A sofrew żewġ telfiet kbar ta’ 11-0 kontra San Ġwann Nick’s A u Birkirkara Boċċi sabiex baqgħu fl-aħħar post tal-klassifika.  

KLASSIFIKA REGIONAL LEAGUE 

Birkirkara Youngsters 31, Mosta St Mary’s A 28, San Ġwann Nick’s A 24, Birkirkara Duke’s A 22, Selmun Bar A 16, Ħamrun 147 C, Birkirkara Boċċi 14, Każin Pinto Qormi B 10, San Ġwann White Hart 6, Juve Birkirkara A 3 

Sport