Sunday, May 19, 2024

Anzjan imut fix-Xagħra waqt xogħol li kien qed jagħmel

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-5.00 pm tal-bieraħ filgħaxija li l-pulizija ġiet informata li raġel kien sofra xi ġrieħi waqt li kien fuq bejt ta’ residenza fi Triq Ta’ Gorf, ix-Xagħra, Għawdex.

Mill-investigazzjonijiet li saru jirriżulta li l-anzjan ta’ 77 sena hu Ingliż, iżda residenti x-Xagħra. Jidher li hu sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn oġġett li waqa’ fuq rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Immedjatament issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat li tilef ħajtu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport