Wednesday, December 25, 2024

Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-eks sieħba

Aqra wkoll

Raġel ta’ 25 sena residenti l-Kalkara nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ħebb għall-eks sieħba, bil-konsegwenza li din soffriet minn ġrieħi ħfief.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-vittma għamlet rapport lit-taqsima ta’ kontra l-vjolenza domestika fejn irrapurtat dwar l-akkużat. Hija qalet li inqala argument bejnietha u bejn l-eks sieħeb tagħha dwar it-tifla tagħhom.

Mal-Pulizija, din spjegat li l-akkużat allegatament sgassalha l-bieb ta’ barra tar-residenza tagħha u ħebb għaliha. Min-naħa tagħha, id-Difiża sostniet li l-argument beda hekk kif l-vittma ma ħallitx lill-akkużat jara lil bintha.

Qalet ukoll li dan seħħ minkejja li l-akkużat dejjem ħallas il-manteniment. F’dan l-istadju, hija dikjarat li mhux se tkun qiegħda tagħmel it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Omar Zammit filwaqt li għall-akkużat deher l-Avukat Arthur Azzopardi.

Ekonomija

Sport