Wednesday, April 24, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq mixli li prova jdaħħal id-droga f’Malta

Il-passiġġiera xehdet li hi ma kinitx taf bid-droga qabel fetħu t-tank il-pulizija

Aqra wkoll

Ion Boghiu, raġel ta’ 24 sena mill-Moldova, inżamm arrestat wara li ġie mixli li pprova jdaħħal f’Malta mal-25 kilo kokaina bil-valur fit-triq li kieku d-droga nbiegħet hi ta’ madwar €2.2 miljun. 

Huwa kien arrestat flimkien ma’ tfajla ta’ 18-il sena mir-Russja tard is-Sibt filgħaxija malli niżlu minn fuq il-katamaran mal-wasla f’Malta minn Sqallija. Id-droga nstabet moħbija fit-tank tal-petrol li kienet imqassma f’25 pakkett.

It-tfajla taħt ġurament irrilaxxat stqarrija u rriżulta li kienet biss passiġġiera u ma kinitx taf bil-kontenut fil-karozza. Xehdet li ndunat li l-karozza kellha xi ħaġa suspettuża meta kienu fil-garaxx tal-pulizija, fejn l-akkużat allegatament qalilha li kien hemm xi ħaġa fit-tank tal-petrol qabel ma dan infetaħ mill-pulizija.

Ir-raġel baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Sport