Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 199 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 494 persuna oħra.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 7,153.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa tela’ għal 677 wara li bejn il-Ħadd u t-Tnejn mietu żewġ persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.