Wednesday, April 24, 2024

Jirritorna ir-raba’ edizzjoni tal-istaġun tal- Festival Żigużajg 2022-2023

Aqra wkoll

Tnediet ir-raba’ edizzjoni tal-Istaġun ta’ ŻiguŻajg 2022–2023, li għandu l-pjan li joħloq attivitajiet matul is-sena kollha għat-tfal u għaż-żgħażagħ. Bosta tfal u familji se jgawdu minn bosta attivitajiet.

Dawn l-attivitajiet ser jiġu organizzati minn indivdwi kreattivi lokali u anke internazzjonali. L-attivitajiet ser ikunu imfassla permezz ta’ forom tal-arti differenti. Dawn jinkludu; mużika, ir-rakkontar tal-istejjer, l-animazzjoni diġitali, żfin , film u teatru.

Preżenti għat-tnedija tar-raba’ edizzjoni ta’ dan il-festival kien hemm l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici. Hu spjega li ser ikun hemm 12-il proġett, seba’ forom tal-arti u aktar minn 40 artist.

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Kreattività, Rupert Cefai saħaq li dan il-festival jolqot lil kulħadd, kemm lil adulti, kif ukoll lit-tfal. Huwa qal li “programm bħal dan jippermettilna niffukaw fuq l-iżvilupp tat-tfal u kif dan huwa essenzjali biex jingħataw l-għodod biex jipperċepixxu l-ħajja b’mod kreattiv’’.

Daniel Azzopardi, id-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv, spjega li permezz tal-programm tal-festival qed titqajjem aktar kuxjenza dwar l-importanza tal-arti u l-kultura għall-benesseri soċjali. Huwa kompla li l-fatt li l-familji jipparteċipaw f’tali attivitajiet iwassalhom biex japprezzaw aktar il-benefiċċji tal-arti fil-ħajja ta’ uliedhom.

Għal aktar informazzjoni wieħed għanu jżur is-sit; www.ziguzajg.org

Sport