Wednesday, March 27, 2024

Team Maximum Lock b’aktar wirjiet prestiġjużi

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

It-tim Malti (Team Maximum Lock) għadu kemm kellu waħda mill-isbaħ f’wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fl-Europa Autosport International. B’udjenza total ta’ aktar min 90,000 persuna, wera il-kapaċitajtiet tiegħu ta’ sewqan bi preċizjoni għal tnax-il darba fiż-żmien qasir ta’ erbat ijiem.

It-Team li hu ffurmat kollu minn xufiera Maltin – Mark Galea, Christian Bezzina, Clint Abela u Bruce Fenech, illum il-ġurnata meqjus l-aħjar fl-Ewropa u wieħed mill-aktar preċiżi fid-dinja fejn jidħol sewqan. 

Team Maximum Lock mistennija jkollhom ‘il fuq minn għaxar avenimenti internazzjonali għal din is-sena 2023. 

Min jixtieq isegwi dan it-tim aktar mill-viċin jista’ jidħol fis-sit uffiċjali www.teammaximumlock.com jew fuq il-paġna ta Facebook tagħhom bl-isem Team Maximum Lock stunts. Għal dan is-suċċess Team Maximum Lock jirringrazzjaw lil kull min kien ta’ sostenn għalihom fosthom il-familjari, kif ukoll  numru ta sponsors – Enemed, Visit Malta, Prospeed Parts, Sparco, Malta Classic Car Museum, Munchies, Coleiro General Sales Ltd, Gmolton, Motorsmt, Ondroad, u Motordrome.  

YouTube video
Ekonomija

Sport