Sunday, December 22, 2024

Jirriżenja l-PM Portugiż wara allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Portugiż António Costa ħabbar li kien qiegħed jirriżenja mill-kariga tiegħu wara li qamu diversi suspetti dwar l-integrita tiegħu.

Kien Costa stess li ħabbar ir-riżenja fejn qal li kien tkellem mal-President Marcelo Rebelo de Sousa fejn informah li hu mhux se jibqa’ fil-kariga.

Fl-aħħar ġranet Costa spiċċa taħt kritika kbira l-aktar wara li investigaturi marru jfittxu għal provi fir-residenza uffiċjali tiegħu b’rabta ma’ każi ta’ korruzzjoni. Wara li ltaqa’ mal-President, Costa indirizza lil poplu Portegiż u informhom b’din id-deċiżjoni.

Prosekuturi Portugiżi qalu li huma qegħdin jinvestigaw kuntratti dwar lithium u anke prodotti ta’ hydrogen. S’issa żewġ persuni qrib sew il-Prim Ministru qegħdin jiċħdu l-allegazzjonijiet dwarhom.

Fl-investigazzjoni hemm madwar 140 uffiċjal li qegħdin jaraw u jfittxu f’diversi uffiċini u djar ta’ ministri u bini governattiv.

Ekonomija

Sport