Monday, May 6, 2024

Tarbija tingħata ċ-ċittadinanza Taljana biex tingħata kura medika

Aqra wkoll

Tarbija ta’ tmien xhur li bħalissa saħħitha hi f’qagħda kritika, ingħatat iċ-ċittadinanza Taljana. Dan hekk kif  il-ġenituri tagħha qed jissieltu kontra li t-tobba jwaqqfu t-trattament lil binthom billi jitfgħu l-magni li qed iżommu lit-tarbija ħajja.

It-tarbija, Indi Gregory, ġiet iċċertifikata li tinsab maħkuma minn diversi mard li sfortunatament ma hemm l-ebda tama li tfiq minnu. F’sentenza li tat il-Qorti tar-Renju Unit, qalet li l-amministrazzjoni tal-Isptar mhux se tkun qiegħda tikser il-liġi jekk it-tobba jwaqqaf it-trattament.

Il-ġenituri tat-tarbija qed jopponu d-deċiżjoni tal-qorti Ingliża. Fl-istess waqt sptar fl-Italja idde ieda li jibda jagħti l-kura kollha meħtieġa liċ-ċkejkna. Sabiex ikun jistsa jsir dan, il-gvern Taljan ta ċittadinanza Taljana lit-tarbija. 

Sadanittant, il-Prim Ministru tal-Italja, Giorgia Meloni qalet li se tibqa tiddefendi l-ħajja tst-tarbija sa l-aħħar. Fuq il-midja soċjali tagħha Meloni kitbet; “Minkejja li m’hemmx wisq tama għaċ-ċkejkna Indi, se nagħmel dak kollu li nista’ biex niddefendi ħajjitha sal-aħħar. 

Sors tal-Gvern Taljan qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet li l-familja tat-tarbija se tkun tista’ tappella lill-konsulat Taljan fil-Gran Brittanja biex titlob li Indi tintbagħat lejn l-Italja bl-ajru. 

Sport