Wednesday, December 25, 2024

Jirriżulta li “vittma” kienet kompliċi f’hold up fin-Naxxar

Aqra wkoll

Tliet persuni tressqu l-Qorti fejn ġew mixlija b’akkużi relatati ma’ hold up li ħalla Olandiż ta’ 42 sena ferut gravi. Is-serqa seħħet nhar l-Erbgħa li għadda fin-Naxxar.

Fil-Qorti ntqal li raġel ta’ nazzjonalità Serba żamm lill-vittma u lil mara Franċiża waqt li kien armat b’sikkina u kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar. Huwa telaq minn fuq il-post wara li allegatament seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.

Madankollu, jidher li l-mara li kienet miżmuma fl-appartament tal-vittma kienet allegatament kompliċi fir-reat. 

Victor Markovic ta’ 39 sena u Vladimir Pajic ta’ 26 sena, it-tnejn mis-Serbja, u Milica Kurcubic ta’ 29 sena minn Franza, ġew mixlija b’akkużi dwar serqa vjolenti u b’kompliċità fit-twettiq tar-reat. 

Markovic kien mixli li żamm lill-vittma kontra r-rieda tiegħu, li kkaġunalu ġrieħi gravi u li kien fil-pussess ta’ arma waqt ir-reat. Kurucubic kienet mixlija li ffaċilitat ir-reat.

It-tlieta li huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom iżda ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lydon Zammit. L-Avukat Charmaine Cherrett dehret għal Markovic, l-Avukati Shazoo Ghaznavi, Charlon Gouder u Ramona Attard dehru għal Pajic mentri l-Avukat Joseph Bonnici deher għal Kurcubic. L-Avukati Stefano Filletti u Maurice Meli dehru parte civile. 

Ekonomija

Sport