Turu Busuttil ilbieraħ għamel l-aħħar titjira mal-linja Nazzjonali Maltija – Air Malta. Wara 35 sena jtir bi kburija, Busuttil tar għall-aħħar darba fuq it-titjira li l-Air Malta topera lejn il-kapitali Franċiża Pariġi.
F’kummenti li għadda qabel ma tar għall-aħħar darba qal li “dejjem għandek tiċċekkja u terġa’ tiċċekkja l-affarijiet… f’din il-professjoni ma hemmx lok għal żbalji.”
L-Air Malta selment lil Busuttil filwaqt li rringrazzjatu għax-xogħol kbir li wettaq mal-linja tal-ajru awguratlu li jgawdi l-pensjoni flimkien mal-aktar persuni li jħobb.