Friday, March 29, 2024

Il-Qorti tordna Avukat sabiex iħallas €300,000 lil eks klijenta tiegħu

Aqra wkoll

L-avukat Pio Valletta ġie ordnat sabiex iħallas is-somma ta’ €300,000 lil eks klijenta tiegħu u armla ta’ oligarka mill-Kazakhstan.

Dan hekk kif il-Qorti tal-Appell iddeċidiet li huwa naqas milli jirrispetta t-termini marbuta ma’ ħlas lura ta’ flus li ngħad li kien approprja mingħajr ma kienet taf.

Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Joseph R. Micallef u Tonio Mallia, ikkonfermaw dak li qalet l-ewwel Qorti fejn Dr Valletta kien ordnat sabiex iħallas lil Elnara Shorazova, armla ta’ Rakhat Aliyev.

Ekonomija

Sport