Wednesday, July 24, 2024

Jisparaw fuq il-Prim Ministru ta’ Slovakkja

Aqra wkoll

Persuna jew persuni ftit tal-ħin ilu pprovaw joqtlu jew iqegħdu f’periklu ċar il-ħajja tal-Prim Ministru ta’ Slovakkja wara li sparawlu. Hu ttieħed l-Isptar fejn bħalissa qiegħed jingħata l-kura.

Mill-ewwel investigazzjonijiet u skont dak li qiegħed jiġi rraportat fil-midja internazzjonali, il-Prim Ministru Robert Fico kien għadu kemm ħareġ minn laqgħa tal-Gvern u daħal fil-karozza.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, l-isparatura saret quddiem id-Dar tal-Kultura. Il-membri tas-sigurta li kien hemm miegħu mill-ewwel ħadu azzjoni tant li fi ftit ħin ġie arrestat raġel b’suspetti li kien hu li spara lejn il-Prim Ministru.

Persuni li kienu fuq il-post qalu li Fico ħareġ mil-laqgħa tal-Gvern u beda jsellem lin-nies li kien hemm preżenti qabel ma kien dieħel fil-karozza. Kien hawn li nstemgħu diversi tiri ta’ arma tan-nar. Li hu żgur hu li l-Prim Ministru ntlaqat, iżda s’issa mhux magħruf xi ġrieħi sofra.

Ekonomija

Sport