Sunday, December 22, 2024

Jissokta x-xogħol fi Triq tas-Sejba, l-Imqabba

Aqra wkoll

Issokta x-xogħol fi Triq tas-Sejba, l-Imqabba, fejn fl-aħħar sigħat beda t-tqegħid tal-konkos biex tifforma l-istruttura u wara jitkompla l-bini tal-wiċċ tat-triq mill-ġdid. Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia permezz ta’ post li tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

F’din it-triq bħalissa qed isiru interventi urġenti biex jitwaqqaf il-ħsarat fl-istruttura tagħha. B’investiment ta’ €1.5 miljun, l-Aġenzija Infrastructure Malta qiegħda tibni struttura ġdida għal din it-triq b’pedementi ri-infurzati. 

Ekonomija

Sport