Saturday, December 28, 2024

“Jista’ jagħti l-każ li l-oriġini tal-Covid-19 tibqa’ mistura għal dejjem”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Aġenziji għall-intelliġenza fl-Istati Uniti qed jgħidu li jista’ jagħti l-każ li qatt ma jkunu kapaċi jidentifikaw l-oriġini tal-Covid-19, iżda kkonkludew li dan il-virus ġie maħluq bħala arma bijoloġika.

F’aġġornament dwar l-assessjar tta’ meta beda l-virus, l-uffiċċju tad-Direttur tal-Intelliġenza Nazzjonali qal li kemm trażmissjoni minn annimal għall-bniedem, kif ukoll leak minn laboratorju huma żewġ ipoteżi validissimi għall-mod ta’ kif infirex.

Minkejja dan, ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni biex tinħareġ konklużjoni definittiva dwar dan. Iċ-Ċina min-naħa tagħha kkritikat dan ir-rapport.

Dan l-istudju kien ippubblikat f’rapport aġġornat ibbażat fuq firxa ta’ 90 jum maħruġ mill-amministrazzjoni ta’ Joe Biden f’Awwissu li għadda.

Ekonomija

Sport