Sunday, December 22, 2024

Jista jkun li t-tniġġis tal-arja jikkawża dimensja?

Xjentisti fir-Renju Unit bi studju biex jiskopru dan

Aqra wkoll

Xjentisti mir-Renju Unit waslu biex iniedu proġett ta’ riċerka li se turi jekk l-arja li nieħdu tistax taffettwalna moħħna. Dan ix-xogħol se jkun ta’ importanza u se jiskopri kif it-tniġġis atmosferiku jista jikkawża d-dimensja.

Matul dawn l-aħħar snin, ix-xjentisti skoprew li t-tniġġis tal-arja huwa wieħed mill-aktar theddidiet perikolużi għas-saħħa tal-bniedem. Jidher ukoll li dawn huma involuti u jikkawżaw xi kanċer, mard tal-qalb, dijabete, rati baxxi tat-twelid, u ħafna kundizzjonijiet tas-saħħa.

Xjentisti fl-Istitut Francis Crick għandhom iħarsu lejn l-involviment tat-tniġġis fl-arja fil-fenomenu tan-newrodeġenerazzjoni permezz ta’ proġett ta’ riċerka. Dan ikun se jinvolvi li xjenzati jeżaminaw il-proċessi li bihom partiċelli ċkejkna li jniġġsu jistgħu jwasslu għad-dimensja.

Il-Professur Charles Swanton, li se jkun involut f’din ir-riċerka, qal; “It-tniġġis tal-arja ġeneralment mhuwiex assoċjat mad-dimenzja. Madankollu, l-epidemjologi reċentement sabu li t-tniġġis fl-arja huma assoċjati b’mod pjuttost sod mar-riskju ta’ mard newrodeġenerattiv”.

Ekonomija

Sport