Jitella’ geyser li ntrema fil-baħar f’żona protetta

Aqra wkoll

Uffiċjali tal-ERA fl-aħħar jiem komplew bi spezzjonijiet ta’ rutina fiż-Żoni Protetti tal-baħar fejn b’mod partikolari jinġabar skart li jkun intrema.

Fl-aħħar spezzjoni li saret, l-uffiċjali tal-ERA sabu anke geyser li ntrema minn xi persuna b’mod illegali fil-baħar aktar u aktar f’żona protetta. Dan imbagħad wara li nġabar, intrema kif suppost u skont il-liġi.

L-ERA permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tfakkar li “apparat elettroniku (WEEE), oġġetti goffi u kull tip ta’ skart mormi fl-ambjent naturali jistgħu jikkawżaw ħsara serja lill-ekosistemi tal-baħar, lill-ħajja selvaġġa u lill-kwalità tal-ambjent tagħna.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport