Tard nhar il-Ħamis filgħaxija, terremot ta’ qawwa 6.7 heżżeż partijiet sew mill-Perù u ħalla ħerba sħiħa f’diversi żoni madwar il-pajjiż.
Il-midja internazzjonali qiegħda tirraporta li mill-inqas 3 persuni sofrew xi ġrieħi għalhemm in-numru jista’ jitla’ ferm u ferm aktar.
Ir-rapport mill-awtoritajiet tal-pajjiż qalu li saret ħsara kbira fuq 22 dar, sitt iskejjel u anke 12-il ċentru mediku.
Iċ-ċentru tat-terremot kien 40 kilometru fil-Majjistral tal-belt ta’ Upahuacho jew 800 kilometru mill-belt ta’ Lima. Kien hemm diversi persuni li tkellmu mal-midja u qalu li mill-belt ta’ Lima dan it-terremot inħass sew.
Dan hu t-tielet terremot fir-reġjun mminn Ġunju sal-lum. Fil-fatt fl-24 ta’ Ġunju li għadda seħħ terremot fil-Venezuela fejn ħalla aktar minn 6,400 persuna mejta u aktar tard kien seħħ ieħor fil-Kolombja fejn ħalla madwar 300 persuna mejta.
Timijijet ta’ salvataġġ u anke dawk mediċi marru fil-villaġġ ta’ Puquio u Coracora biex jassistu r-residenti. Kienu f’dawn iż-żewġ villaġġ l-aktar li nħass it-terremot.
Filmati li xxandru fuq it-televiżjoni wrew ammont kbir ta’ ġebel u trabb jaqgħu minn fuq l-għolijiet li hemm madwar Coracora fir-reġjun ta’ Ayacucho fejn hemm popolazzjoni ta’ madwar 10,000 persuna.
“In-nies irrispondew mill-ewwel għal ordnijiet tal-awtoritajiet. Kulħadd ġie evekwat u qegħdin jingħataw kenn f’ċentri li twaqqfu apposta,” qal Yony Odon is-Sindku tal-villaġġ waqt li kien qiegħed jitkellem fuq l-istazzjoni tal-istat tal-Perù.




