Friday, August 21, 2026
Home Internazzjonali L-2027 tista’ tkun l-aktar sena sħuna li qatt ġiet irreġistrata

L-2027 tista’ tkun l-aktar sena sħuna li qatt ġiet irreġistrata

...il-fenomenu El Niño

0
48

Il-fenomenu El Niño li bħalissa qiegħed jiżviluppa fil-Pċean Paċifiku mistenni jħalli effetti kbar fuq id-dinja dan hekk kif rapport qegħdin ibassru li jista’ jitfa’ lid-dinja b’temperaturi fenominali. L-istess rapporti qegħdin jgħidu li s-sena d-dieħla tista’ tkun l-aktar waħda ta’ sħana “li qatt jiftakar il-bniedem”.

Fost dawk li qegħdin ibassru dan il-fenomenu hemm l-Uffiċċju Meteoroloġiku tar-Renju Unit fejn diġà qed iwissi li l-effetti ta’ El Niño jistgħu jpoġġu lid-dinja f’riskju.

L-effetti ta’ dan il-fenomenu ma jfissrux biss sħana, iżda wkoll jista’ jkunu ta’ xita qawwija u maltempati kbar fix-xhur tax-xitwa.

Il-fenomenu El Niño bejn wieħed u ieħor iseħħ kull sentejn sa seba’ snin u jdum għaddej għal madwar sena. Dan jiżviluppa meta l-irjeħat fuq l-Oċean Paċifiku jiddgħajfu jew ibiddlu d-direzzjoni. Dawn l-irjeħat jimbuttaw l-ilma sħun lejn in-naħa tal-Punent tal-Paċifiku, u fl-istess ħin minn qrib il-kosta tal-Perù jitla’ ilma kiesaħ u rikk fin-nutrijenti, li jgħin biex ikun hemm ħafna ħut.

Biex l-esperti tat-temp iqisu li jkun seħħ dan il-fenemonu t-temperatura tal-ilma qrib il-kosta tal-Amerika t’Isfel tkun mill-inqas 0.5 grad celsius mill-medja. L-ilma sħun jista’ mbagħad jinfirex ukoll lejn żoni oħra mit-tropiċi.

Tbassir ieħor mill-Awtoritajiet Ingliżi jgħid li l-effetti ta’ dan il-fenominu jista’ jkun aktar evidenti fix-xhur li ġejjin hekk kif f’pajjiżi fit-Tramuntana tal-Ewropa jista’ jkun hemm ferm aktar xita min-normal u anke maltempati kbar matul il-ħarifa.

Il-fenomenu El Niño jista’ jaffettwa wkoll it-temp lejn l-aħħar tax-xitwa, fosthom b’kundizzjonijiet aktar kesħin f’ċerti żoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here