Tinstab ammont ta’ droga fosthom 140 pakkett b’sustanza suspettata kannabis sintetika

Aqra wkoll

… arrestati ħames persuni

Investigazzjoni intensiva wasslet biex matul il-jum tal-Erbgħa ġew arrestati ħames persuni – erba’ irġiel u mara kollha Maltin – li allegatament jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata ta’ traffikar ta’ droga. 

L-arresti saru waqt tfittxijiet f’erba’ proprjetajiet differenti fl-istess ħin, f’Ħal Għaxaq, fil-Birgu u f’Ħaż-Żabbar. Ir-rejd f’Ħal Għaxaq irriżulta fl-arrest ta’ tliet persuni li nqabdu fil-fatt jippakkjaw f’boroż diversi tipi ta’ droga. 

Il-Pulizija elevat minn din ir-residenza madwar 140 pakkett b’sustanza suspettata kannabis sintetika, madwar 30 pakkett b’sustanza suspettata kokaina u tliet pakketti oħra allegatament kannabis. 

Mir-residenza f’Ħal Għaxaq ġew issekwestrati ukoll ammont kbir ta’ ħwejjeġ lussużi u oġġetti elettroniċi, kif ukoll ġojjelli u madwar €2,000 fi flus kontanti. Waqt dawn l-investigazzjonijiet ġew elevati wkoll erba’ vetturi tal-għamla BMW 850 I, Range Rover Sport, vann Peugeot u Opel. 

Żewġ persuni oħra ġew arrestati hekk kif marru f’garaxx f’Ħaż-Żabbar sabiex jippruvaw ineħħu l-BMW biex din ma tinqabadx mill-Pulizija. 

Il-ħames persuni mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta ta’ 12.00pm, quddiem il-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D. 

Dwar dan il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport