Saturday, December 21, 2024

Jitfakkar it-tieni anniversarju mill-mewt tar-Reġina Eliżabetta II

Aqra wkoll

Nhar it-8 ta’ Settembru, sentejn ilu, tħabbret il-mewt tar-Reġina Eliżabetta II. Hi kellha 96 sena u mexxi l-Familja Rjali tar-Renju Unit għal 70 sena sħaħ.

Ġurnali Ingliżi, biex ifakkru t-tieni sena anniversarju mill-mewt tar-Reġina tkellmu dwar dak li seħħ fl-ewwel mumenti li r-Re Karlu ħa t-tmexxija tar-Renju f’idejh. Dakinhar ir-Re Karlu kien f’Barmoral fejn kien irċieva telefonata li ommu kienet waslet fl-aħħar mumemti ta’ ħajjitha.

Kien għalhekk li b’mod immedjat telaq minn Barmoral u saq lejn fejn kienet ommu, iżda mat-triq kien irċieva telefonata li ndirizzatu bħala “Your Majesty”. Kien hawn li Karlu nduna li ommu kienet mietet u għalhekk b’mod immedjat hu kien sar Re.

Jingħad li r-Re Karlu waqqaf il-karozza tiegħu biex iċempel lis-Segretarju Privat ta’ ommu Sir Edward Young fejn informah bil-mewt tagħha.

Ir-Reġina, jumejn qabel ma mietet kienet irċiviet u aċċettat ir-riżenja tal-Prim Ministru Boris Johnson u ftit tal-ħin wara kienet ħatret lil Liz Truss biex tifforma Gvern ġdid.

Imbgħad nhar id-9 ta’ Settembru tal-2022, ir-Re Karlu III kien indirizza lin-Nazzjon u anke lil Commonwealth.

Ekonomija

Sport